OpusNet, ibbażat fil-Polonja u fi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea, huwa grupp ta’ kumpaniji li qed jikber bil-ħeffa li joffri servizzi komprensivi ta’ konsulenza lin-negozji f’oqsma bħal: trust – OpusTrust, liġi (ekonomika, kummerċjali, ċivili) – OpusLegal, taxxi – OpusTax, kontabilità – OpusFinance

Is-servizzi ta’ OpusNet jinkludu s-sistemi legali u fiskali madwar id-dinja u huma indirizzati kemm għall-imprendituri fil-Polonja kif ukoll għal dawk barra pajjiżna. Għal din ir-raġuni, l-attvitajiet tagħna huma mmexxija bil-Pollakk, bl-Ingliż, bir-Russu u bil-Ġermaniż, kif ukoll b’lingwi oħra. B’firxa kbira ta’ servizzi offruti f’bosta ġurisdizzjonijiet, OpusNet bħalissa huwa l-uniku grupp internazzjonali fil-Polonja li jipprovdi lill-klijenti tiegħu servizz ibbażat fuq il-mudell ta’ one-stop-shop. Il-klijenti tagħna ġejjin minn madwar il-Polonja kollha, kif ukoll mir-Russja, l-Ukraina, Ċipru, ir-Renju Unit u l-Awstrija.

Bħala grupp, permezz tas-servizzi tagħna, noffru għodod li jgħinu l-klijenti tagħna jirrealizzaw il-pjanijiet kummerċjali tagħhom fuq il-livell strateġiku u operazzjonali. Għalhekk, tingħata attenzjoni speċjali lill-għanijiet kummerċjali tal-klijent, iċ-ċirkustanzi tal-intrapriża, u l-opportunitajiet u t-theddid li joħorġu mill-implimentazzjoni tal-attivitajiet ippjanati, biex dawn l-għodod jippermettu lill-klijent jilħaq dawn l-għanijiet u jtejjeb l-operat tal-kumpanija.

Bħalissa l-Grupp OpusNet jimpjega 50 persuna f’erba’ pajjiżi. Għandu uffiċċji f’Varsavja, Krakovja, Poznan, Larnaka (Ċipru), l-Imrieħel (Malta) u Zilina (is-Slovakkja).

Għal aktar tagħrif:
Tel. / Ph.: (+48) 22 201 08 10
Tel./Ph.: (+48) 22 201 26 77
Mob.: (+48) 503 306 924

biuro@opustrust.eu